Inter iridu jneħħu lil Joao Mario

Inter qed jagħmlu minn kollox biex itemmu darba għal dejjem is-saga ta’ Joao Mario, player li huma akkwistaw erba’ snin ilu u li ddiżappunta ferm fiż-żmien kemm dam jilgħab fi Stadio San Siro. 

Jidher li d-direttur sportiv tal-club, Giuseppe Marotta, se jkun qed jaħdem biex ineħħi lil dan il-player biex ikunu jistgħu jġibu flusu u b’hekk jixtru xi element ieħor biex iżiduh mal-iskwadra tal-coach Antonio Conte.

F’dawn l-aħħar żewġ staġuni, Joao Mario ingħata b’self lil West Ham u Lokomotiv Moscow.

Man-Nerazzurri Joao Mario lagħab 64 partita u skorja erba’ goals. Ir-rieda tiegħu huwa li jsib club li  għallinqas jista’ jagħtih garanzija li jilgħab football regolari.

Share With: