Inter jinsistu fuq N’Golo Kante

I

Chelsea huma lesti li jpoġġu lill-player tagħhom, N’Golo Kante, fuq il-lista ta’ players li se jitilqu. Għaldaqstant Inter bdew negozjati mal-Blues bit-tama li jagħtu lill-coach tagħhom, Antonio Conte, midfielder ċentrali li kapaċi jkun ta’ pont bejn id-difiża u l-attakk.

Sabiex jagħmlu dan kollu, Inter iridu jneħħu xi players u f’dan ir-rigward jista’ jiġi ssagrifikat dak Kroat, Marcelo Brozovic. Għal dan tal-aħħar hemm Atletico Madrid li huma interessati fil-firma tiegħu. 

Matul dan ix-xahar dan is-suq tat-trasferimenti tas-sajf mistenni jkun ferm intensiv għal dawn it-tliet timijiet fit-tentattiv li jsaħħu l-iskwadri rispettivi tagħhom.

Share With: