Intopp fil-kuntratt ta’ Francesco Acerbi

Hekk kif kollox kien lest biex id-difensur internazzjonali Taljan, Francesco Acerbi, iġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Lazio, jidher li kien hemm xi intopp f’dawn l-aħħar sigħat. Dan minħabba li l-player ta’ 32 sena ma qabilx fuq xi prinċipji f’dan l-istess kuntratt u għalhekk se jħalli kollox f’idejn l-aġent tiegħu Federico Pastorello biex jinnegozja kuntratt aktar attraenti.

Jidher li Acerbi talab estensjoni fil-kuntratt li tlaħħaq is-somma ta’ €3.5 miljun iżda Lazio kienu lesti joffru biss €1.8 miljun flimkien ma’ xi bonuses. 

Il-coach ta’ Lazio Simone Inzaghi talab lid-diriġenti tiegħu biex jinnegozjaw somma xierqa filwaqt li jagħmlu l-almu tagħhom biex iżommu lil dan il-player ta’ esperjenza. 

Acerbi ingħaqad ma’ Lazio mingħand Sassuolo, f’Lulju 2018, fejn minn dak in-nhar lagħab 73 partita u skorja ħames goals. 

Share With: