Ir-referee Daniele De Santis u s-sieħba tiegħu jinstabu maqtulin b’daqqiet ta’ sikkina

Ir-referee Daniele De Santis u s-sieħba tiegħu nstabu mejtin fl-appartament tiegħu t-Tnejn filgħaxija.

Skont il-ġurnali Taljani, ir-raġel ta’ 33 sena; li kien jirreffja fis-Seria B u C tal-kampjonat Taljan u s-sieħba tiegħu ta’ 30 sena; Eleonora Manta, nstabu b’daqqiet ta’ sikkinafl-appartament tiegħu f’Lecce.

Xhieda fuq il-post raw raġel jaħrab mill-post b’sikkina  f’idejh wara li nġibditilhom l-attenzjoni minn għajjat u twerżieq fil-post. De Santis kien primarjament referee tas-serie C u matul il-karriera tiegħu ħadem f’130 logħba kompettittiva.

Huwa għamel id-debut tiegħu fis-Serie B bħala r-raba’ uffiċjal fil-logħba bejn Pisa u Beneveto fl-2017.

Share With: