Issofri ġrieħi gravi wara li waqgħet minn gallarija f’San Ġiljan

Mara qed issofri minn ġrieħi gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta tan-12:30 kienet involuta f’inċident fi Triq id-Dragunara, f’San Ġiljan.
Il-Pulizija tad-Distrett ta’ San Ġiljan marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ li sar, irriżulta li l-mara ta’ 23 sena sofriet xi ġrieħi wara li waqgħet minn gallarija ta’ lukanda, madwar sular u nofs għoli.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lill-vittma lIsptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Share With: