It-Taqsima Professjonisti Finanzi u Servizzi tal-GWU trodd ħajr lill-Bord tal-PBS immexxi mis-Sur Tonio Portughese

It-Taqsima Professjonisti Finanzi u Servizzi tal-GWU fi stqarrija raddet ħajr lill-Bord tal-PBS immexxi mis-Sur Tonio Portughese li għadu kemm spiċċa mill-operat filwaqt li awgurat lill-Bord il-ġdid li se jkun immexxi mill-Prof. Carmen Sammut. It-Taqsima, li tirrapreżenta il-maġġoranza tal-ħaddiema, awgurat li jkomplu r-relazzjonijiet tajbin li għandha ma’ din l-entità importanti għal pajjiżna, li jwasslu għall-kundizzjonijiet aħjar għall-impjegati tagħha.

Share With: