It-test għall-COVID-19 ta’ Bernard Grech jirriżulta negattiv

Fl-aħħar sigħat il-kandidat fl-elezzjoni għall-kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li test għal Covid-19 li għamel lbieraħ irriżulta negattiv.

Żied jgħid li hu ġie mogħti parir biex jagħmel test ieħor għada u sadanittant jibqa’ f’self isolation biex hekk jassigura s-sigurtà ta’ dawk kollha li jiltaqa’ magħhom meta joħroġ.  

Grech tenna li se jkompli bil-kuntatt mal-pubbliku b’kull mezz ieħor kif għamel fl-aħħar sigħat.

Ftit tal-ħin ilu ġejt infurmat li test għal Covid-19 li għamilt aktar kmieni llum irriżulta negattiv.Ġejt mogħti parir…

Posted by Bernard Grech on Wednesday, September 23, 2020
Share With: