It-trasferiment PSG – Alessandro Florenzi fi stadju avvanzat

Id-difensur ċentrali ta’ Roma Alessandro Florenzi huwa ferm viċin li jingħaqad maċ-champions Franċiżi Paris St Germain. Mill-ewwel bdew in-negozjati li ġew mfissra bħala avvanzati. Kemm il-player kif ukoll il-club Pariġin qed jittamaw li dan il-ftehim ikollu r-riżultati mixtieqa.

Il-coach ta’ PSG, Thomas Tuchel, qed jara lil Florenzi bħala s-sostitut ideali ta’ Thomas Meunier li ngħaqad ma’ Borussia Monchengladbach fil-jiem li għaddew.

Fil-veritá Florenzi kien ingħaqad b’self ma’ Valencia fil-bidu ta’ din is-sena iżda ftit kellu ċ-ċans juri x’jaf minħabba diversi ċirkostanzi fiżiċi. Meta mar lura ma’ Roma kien jidher li l-coach Paulo Fonseca ma kellux post għalih u għalhekk xtaq isib destinazzjoni oħra. 

Share With: