Ivan Rakitic ma’ Sevilla

Barcelona qed ikomplu jneħħu lill-players li matul dawn l-aħħar snin rebħu diversi unuri magħhom. Issa kien imiss lill-player ta’ nofs il-ground Kroat, Ivan Rakitic, li ngħaqad ma’ Sevilla.

Dan se jkun ritorn għall-player ta’ 32 sena wara li kien jifforma parti mit-team min-naħa t’isfel ta’ Spanja bejn l-2011 u l-2014. Matul dak iż-żmien huwa lagħab 117-il partita u skorja 27 goal.

Il-player veteran Kroat jinsab kuntent li se jirritorna jilgħab f’Estadio Ramon Sanchez Pizjaun wara l-perjodu ma’ Barcelona. 

Il-bieraħ Rakitic kellu t-testijiet mediċi ma’ Sevilla u mistenni jkun għad-dispożizzjoni tal-coach Julen Lopetegui fil-jiem li ġejjin.

Share With: