Iweġġa’ gravi wara li jaqa’ żewġ filati f’xaft f’sit ta’ kostruzzjoni

Raġel ta’ 44 sena residenti Birżebbuġa sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ madwar żewġ filati f’xaft f’sit ta’ kostruzzjoni. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.30 a.m. fi Triq it-Torri ta’ Alof De Wignacourt, ix-Xgħajra.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li taw l-ewwel għajnuna lir-raġel li sussegwentement ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura meħtieġa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Share With: