Jason Azzopardi jallega li mart Yorgen Fenech żaret ir-residenza tal-Ministru Zammit Lewis… Il-Ministru jiċħad

Il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza Edward Zammit Lewis jiċħad bl-aktar mod kategoriku u assolut dak li vvinta fuqu d-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi fuq il-midja soċjali. Id-Deputat Azzopardi allega li waqt li Yorgen Fenech, is-suspettat primarju fl-allegat qtil ta’ Daphne Caruana Galizia kien diġà miżmum mill-Pulizija, il-mara tiegħu marret fir-residenza tal-Ministru Zammit Lewis. Dan minħabba li l-karozza tagħha kienet ipparkjata fil-viċinanzi ta’ fejn jabita l-Ministru Zammit Lewis.

Quddiem din l-allegazzjoni, l-Ministru qal li “l-allegazzjoni ta’ Azzopardi hija għal kollox falza u tingħaqad ma’ sensiela ta’ stqarrijiet foloz li kulħadd issa dera mingħand dan id-deputat.” 

Il-Ministru jtenni li l-ebda attakk sistematiku fuq il-personalità u l-karattru tiegħu mhu se jxekkluh milli jkompli jaqdi d-dmirijiet ministerjali tiegħu. 

Il-Ministru Zammit Lewis se jkompli jaħdem fuq riformi storiċi u bla preċedent hekk kif maqbula mal-Kummissjoni Venezja, bil-għan aħħari li jkomplu jissaħħu s-saltna tad-dritt u l- governanza tajba f’pajjiżna.

Share With: