Jean-Clair Todibo bejn diversi clubs Ewropej

Diversi clubs Ewropej qed isegwu l-progress tad-difensur ta’ Barcelona Jean-Clair Todibo. Huwa għandu 20 sena u ġie nfurmat mill-coach tal-Katalani Ronald Koeman li m’għandux futur fil-Camp Nou u jkun aħjar għalih li jfittex club ieħor. 

B’dan f’moħħu, Todibo informa lir-rappreżentant tiegħu sabiex fil-jiem li ġejjin isiblu club ieħor.

Seba’ timijiet diġá kkuntattjaw lil dan il-player żagħżugħ u dawn huma Rennes, Napoli, Schalke 04, Everton, Wolverhampton Wanderers, Leicester City u Benfica.

Dan il-player Franċiż  ilu mal-club mill-Katalunja sa mis-sena 2019 iżda lagħab biss erba’ partiti. F’nofs l-istaġun li għadda huwa kien misluf lil Schalke fil-Bundesliga Ġermaniża.

Share With: