Jikser ir-rekord tiegħu stess… aktar minn sagħtejn u nofs fis-silġ

Raġel mill-Awstrija rnexxielu jikser ir-rekord tiegħu stess wara li rnexxielu jagħmel sagħtejn u nofs u 57 sekonda f’kaxxa mimlija sa spalltu bis-silġ.

Huwa kien mgħaddas f’aktar minn 200 Kilogramma ta’ silġ u kien liebes biss il-malja. Josef Koeberl qal li biex jirnexxielu jegħleb l-uġigħ kkawżat mill-kesħa tat-temperaturi huwa jibda jiffoka fuq emozzjonijiet aktar pożittivi.

Folla ta’ nies inġabret fil-pjazza ta’ Melk biex setgħet tara lil Koeberl jegħleb ir-rekord tas-sena li għaddiet b’nofs siegħa. Minkejja s-suċċess fuq il-ħin li kiseb, Koeberl qal li qed jippjana biex jerġa’ jikser dan ir-rekord is-sena li ġejja.

Share With: