Jinstabu 29 każ ġdid ta’ COVID-19… Ifiqu 43 persuna

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 29 każ ġdid ta’ COVID-19 minn 2,096 swab test. Fl-istess waqt kienu ċċertifikati mfejqa 43 persuna, biex issa it-total ta’ numru ta’ każi attivi huwa ta’ 623. Il-każi tal-lum għadhom qed ikunu nvestigati.

Mill-każi tal-bieraħ, sitta kienu membri tal-familja ta’ individwu li diġà kien ittesttja pożittiv, żewġ każi kienu f’kuntatt dirett ma’ każ diġà magħruf, każ wieħed kien minn attività soċjali, każ iehor importat u tliet każi mid-dar tal-anzjani Casa San Paolo.

Share With: