Jirkupraw 104 każ minn fost 106 każ ta’ immigranti infettati … Kollha qed jinżammu f’iżolament

Il-Professur Charmaine Gauci bdiet l-aġġornament tagħha ta’ kull Ġimgħa billi spjegat li l-każi jistgħu jinqasmu fi tlieta; dawk li ma jkollhomx sintomi, hemm minnhom ikollhom is-sintomi u jitħallew id-dar u oħrajn li jkollhom jidħlu l-isptar minħabba li jkollhom bżonn attenzjoni.

Il-każi li qegħdin jingħataw attenzjoni medika

Rigward is-sitwazzjoni preżenti hija spjegat li hemm sitt persuni li qed jinżammu fl-IDU, tnejn l-isptar, persuna fl-ITU, sitta l-isptar Boffa, 14-il persuna f’St. Thomas Hospital u tmienja fl-Isptar Monte Carmeli.

Il-Professur Charmaine Gauci qalet li n-numri qed jinżammu baxxi u li jekk wieħed jagħti ħarsa lejn il-każijiet meta teskludi l-immigranti, naraw li l-każi żdiedu għal xi perjodu iżda issa bil-mod il-mod erġajna bdejna neżlin ‘l isfel.

Clusters

Tkellmet dwar il-clusters u qalet li l-aktar li qed ikun hemm każi ġodda huma minn membri tal-familja u kollegi fuq il-postijiet tax-xogħol.

Il-każi attivi tal-Covid jimxu skont il-każi pożittivi u dawk li jirkupraw jiġu ttestjati 14-il ġurnata wara li ma jibqgħux juru s-sintomi.

11-il persuna attivi mill-gżira Għawdxija

Mill-każijiet li hemm attivi bħalissa hemm 11 minnhom li ġejjin minn Għawdxija. 

L-etajiet ta’ dawk infettati

Rigward l-etajiet hija qalet li l-maġġoranza tal-każi qed ikunu bejn il-15-il sena sa 54 sena.

Qalet li skont l-istatistika miġbura l-anzjani mhumiex fost dawn iż-żieda ta’ każi. 

Il-ġimgħa li għaddiet l-età medja ta’ dawk infettati kienet ta’ 40 sena, u din il-ġimgħa din niżlet ftit għal 39 sena u dan ikompli jikkonferma l-medja tal-każi bejn l-etajiet imsemmija qabel.

L-importanza tad-distanza soċjali u l-użu tal-maskri

Gauci fakkret dwar l-ilbies tal-maskri u li tinżamm id-distanza soċjali. Qalet li hemm persuni li qed ineħħu l-maskra meta jkunu se jitkellmu u li dan iżid ir-riskju tat-tifrix tal-maskra.

Hija spjegat li hi baqgħet titkellem b’mod normali filwaqt li baqgħet liebsa l-maskra u ħeġġet biex il-maskra tintlibes tajjeb minħabba persuni li qed jiġu nnutati jilbsu l-maskra, iżda mhux kif indikat mill-istess awtoritajiet.

Spezzjonijiet u multi

Rigward il-multi hija qalet li hemm diversi entitajiet li qed ikomplu bl-ispezzjonijiet fuq il-postijiet fejn saru 53,782 spezzjoni u nħarġu 167 ta’ dawk li kienu fi kwarantina u 25 ta’ dawk li kienu pożittivi.

Fi spezzjonijiet fi stabbilimenti kien hemm 21,731 u kien hemm 36 ċitazzjoni. 

Fi spezzjonijiet ta’ mitigazzjoni nħarġu 83 ċitazzjoni minn fost 11,798 spezzjoni.

Fi spezzjonijiet ta’ maskri, saru 1,367 spezzjoni u kien hemm 113 ċitazzjoni.

żewġ pazjenti f’qagħda kritika

Persuna li tinsab fl-ITU għaddejja bl-għajnuna tal-ventilator u hemm persuna fl-IDU li wkoll tinsab f’qagħda kritika.

L-immigranti

Kien hawn 106 każ u minnhom hemm 104 li rkupraw u qed jinżammu f’Ċina House għax il-każi pożittivi qed jinżammu hemmhekk.

Fiċ-Ċentri magħluqin hemm 35 każ f’Ljster, 37 fil-Marsa u każ wieħed f’Ħal Safi.

Qalet li dawn l-immigranti huma kollha iżolati u dawk kollha li kellhom kuntatt magħhom qed jinżammu fi kwarantina.

Share With: