Jisraq ammont ta’ flus kontanti minn banka tal-lottu f’Ħal Qormi … jaħrab mill-post ftit tal-ħin wara

Illum għall-ħabta tas-2:30 p.m, il-Pulizija ġew infurmati li kienet seħħet serqa minn banka tal-lottu fi Triq San Edwardu, Ħal Qormi.

Il-Pulizija marru fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li impjegata tal-banka tal-lottu, waqt li kienet qiegħda ġewwa, daħal raġel jitlobha l-flus. Il-mara wara l-bank, mara ta’ 31 sena minn Ħal Kirkop, allegatament ġiet aggredita minn din persuna li kien fil-pusses ta’ arma bil-ponta u taqta’ u allegatament seraq ammont ta’ flus kontanti u sussegwentament ħarab minn fuq il-post. Il-mara fortunatament ma sofriet l-ebda ġrieħi.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Audrey Demicoli, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha, filwaqt li l-Pulizija tad-Distrett u tar-Reati Maġġuri għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet tagħhom.

Share With: