Jittellgħu l-poloz tar-Regatta ta’ Jum il-Vitorja 2020

Waqt konferenza tal-aħbarijiet ittellgħu l-poloz tar-Regatta ta’ Jum il-Vitorja. Il-Port il-Kbir għal darb’oħra ser joffri sfond għal din ir-regatta li fiha ser jieħdu sehem 7 distretti li huma: il-Birgu, Birżebbuġa,  Bormla, l-Isla, il-Kalkara, il-Marsa u Marsamxett. Dawn se  jipparteċipaw fi ħdax-il tellieqa f’żewġ kategoriji differenti: A u B u waħda tan-nisa.

Din is-sena mistennija jieħdu sehem 120 qaddief li magħhom jiżdiedu 25 sostitut li għandhom għan komuni, li huwa dak li jirbħu s-shield tar-regatta ta’ Jum il-Vitorja.  

Minbarra l-poloz tal-korsiji għall-għaxart itlielaq, waqt il-konferenza tal-aħbarijiet indirizza lil dawk preżenti s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat Clifton Grima li filwaqt li rringrazzja lil dawk kollha involuti fir-regatta, saħaq li l-gvern kommess li jipprovdi l-għajnuna kollha meħtieġa fl-isport tar-regatta. Is-Segretarju Parlamentari qal li SportMalta tagħti kontribut dirett fir-regatta nazzjonali billi tagħti l-għajnuna tagħha finanzjarjament biex isir dan l-avviniment, tieħu ħsieb il-loġistika tar-regatta iżda tagħti awtonomija lill-Federazzjoni fir-rigward tat-tlielaq, tassisti lill-klabbs kollha b’assistenza finanzjarja biex jibnu dgħajsa kull klabb.

 Tradizzjonalment, id-dgħajjes li jintużaw huma frejgatini, kajjikki, dgħajjes tal-pass u tal-midalji.  Dawn id-dgħajjes huma esebizzjoni ħajja ta’ sengħa li kull ma tmur qiegħda tintilef.  Dan għaliex dawn id-dgħajjes huma wkoll mibnija f’pajjiżna.

Oriġinarjament, id-dgħajjes kienu tal-istess għamla bħal dawk li kienu jintużaw fil-ħidma ta’ kuljum mill-barklori, madanakollu maż-żmien saru xi modifikazzjonijiet sabiex dawn ikunu aktar utilizzati bħala dgħajjes tat-tlielaq. F’din l-edizzjoni tar-Regatta ta’ Jum il-Vitorja minħabba l-pandemija tal-COVID 19, mhu se jitħalla ħadd jidħol fuq il-mollijiet ta’ Pinto 4 u 5, għalhekk ir-Regatta se ssir mingħajr spettaturi fuq il-moll tal-Belt Valletta. Il-klabbs kollha se jmorru għat-tlielaq mill-klabbs rispettivi tagħhom u fit-technical area, l-ammont ta’ nies se jkun ridott għal 15-il persuna biex ikunu konformi mal-liġi.  Intant ir-Regatta ta’ Jum il-Vitorja ppjanata li tibda fis-1.00pm u se tixxandar b’mod dirett fuq l-istazzjon nazzjonali. Il-pjazzament tal-korsiji ser ikun kif ġej:  

RACEBIRGUBIRZEBBUGABORMLAISLAKALKARAMARSAMARSAMXETT
KAT BTAL-PASSŻEWĠ IMQADEF6741352
KAT AMIDALJI4732561
KAT BKAJJIKK6145237
KAT AFREJGATINI3642157
KAT BMIDALJI5621743
KAT ATAL-PASSŻEWĠ IMQADEF6324157
KAT BFREJGATINI3652471
KAT AKAJJIKKI1367452
KAT BTAL-PASS4 IMQADEF4362751
KAT ATAL-PASS4 IMQADEF3761425
NISA5127346
Share With: