Juventus qed jiġru wara l-firma ta’ Federico Chiesa

Iċ-champions Taljani, Juventus, qed jippjanaw li jakkwistaw lill-istilla ta’ Fiorentina Federico Chiesa. Il-Bianconeri qed jirsistu ferm biex jiksbu s-servizzi ta’ dan il-player ta’ 22 sena li spikka ferm kemm ilu mal-Viola.

Dawn tal-aħħar huma lesti li jisimgħu l-offerta ta’ Juventus għalkemm huma qed jippretendu s-somma ta’ €70 miljun għalih. Minkejja kollox il-Bianconeri ma jixtiqux jonfqu dik is-somma kbira u għalhekk qed jipproponu li jinkludu lil Gonzalo Higuain jew lil Luca Pellegrini biex inaqqsu l-prezz.

Chiesa lagħab 134 partita ma’ Fiorentina u skorja 25 goal.

Share With: