Kai Havertz jitlaq mill-iskwadra Ġermaniża … u jiffirma ma’ Chelsea

Id-direttur tekniku tat-team nazzjonali Ġermaniż, Oliver Bierhoff, tkellem dwar l-għażla li jħallu lill-winger ta’ Bayer Leverkusen Kai Havertz jitlaq mill-iskwadra ta’ Die Mannshaft.

L-ex attakkant prolifiku Ġermaniż qal li bi qbil reċiproku ntlaħaq ftehim biex il-player jaqbad ajruplan lejn l-Ingilterra u jmur fi Stamford Bridge biex jiffirma l-kuntratt il-ġdid.

L-istess Bierh off faħħar dan it-trasferiment ta’ Havertz  ma’ Chelsea fejn qal li l-profil u l-kalibru tiegħu se jkomplu jikbru hekk kif se jilgħab fil-Kampjonat Premier Ingliż.

Min-naħa tiegħu, Havertz deher kuntent ħafna li finalment dan it-trasferiment issa ġie finalizzat biex issa jista’ jikkonċentra fuq il-logħbiet tiegħu ma’ Chelsea.

Share With: