Kai Havertz viċin li jiffirma ma’ Chelsea

Chelsea huma ferm viċin li jiksbu s-servizzi tal-istilla ta’ Bayer Leverkusen, Kai Havertz. Huwa għandu 21 sena u f’dawn l-aħħar sigħat qed jara li dan it-trasferiment se jingħalaq bil-Blues lesti li jħallu s-somma ta’ £72 miljun lill-club mill-belt ta’ Leverkusen.

Jidher li dan it-trasferiment se jkun l-iktar wieħed li jiswa flus għall-club immexxi minn Roman Abramovich, wara li fis-sena 2018, huma ħallsu s-somma’ ta’ £71.6 miljun għall-goalkeeper Kepa Arrizabalaga.

Havertz qed jistenna bil-ħerqa biex kollox isir uffiċjali u jibda avventura ġdida fil-Premier League Ingliż ma’ club li kien jammira minn dejjem.

Share With: