Kalidou Koulibaly jista’ jħalli qligħ kbir għal Napoli

Kalidou Koulibaly jisnab ferm viċin li jħalli lil Napoli u jingħaqad ma’ Manchester City fil- Premier Ingliż.

Għal Napoli dan it-trasferiment jista’ jservi bħala mitqlu deheb minħabba li se jkollhom qligħ sostanzjali ta’ €75 miljun meta wieħed iqis li fis-sena 2014 huma xtrawh għas-somma miżera ta’ €7 miljun.

Madankollu, il-fatt li l-Partenopei se jkunu qed jirrilaxxjaw lil dan il-player se jnaqqas il-potenzjal fid-dipartiment difensiv tal-club.

Sadanittant Koulibaly qed jistenna bil-ħerqa x’se jkun il-ġejjieni tiegħu għal dan l-istaġun u qed iħalli kollox f’idejn ir-rappreżentant tiegħu.

Share With: