Kalidou Koulibaly viċin Manchester City

Manchester City huma viċin li jiksbu s-servizzi tad-difensur ċentrali mis-Senegal Kalidou Koulibaly. Wara li nqala’ intopp fuq il-ftehim bejn is-Citizens u Napoli dwar il-prezz tiegħu, jidher li t-team mill-belt ta’ Manchester huwa lest li jħallas is-somma ta’ €70 miljun flimkien ma’ xi bonuses. Dawn in-negozjati qed jitmexxew mill-intermedjarju Fali Ramadani bil-president ta’ Napoli jinsab lest li jċedi biex jawtorizza dan it-trasferiment li ilu pendenti.

Wara li Manchester City kienu diżappuntati li ma rnexxielhomx jieħdu lil Messi lejn l-Etihad Stadium, id-diriġenti Ingliżi se jkunu jistgħu jikkonċentraw fuq Koulibaly li jinsab ħerqan li jibda din l-avventura l-ġdida. Dan tal-aħħar se jħalli lill-Partenopei wara li ilu magħhom sa mis-sena 2014. 

Share With: