Keith Schembri jinħeles mill-arrest

L-eks-Chief of Staff Keith Schembri nħeles mill-arrest ilbieraħ filgħaxija wara li kien ilu miżmum mill-Pulizija għal madwar 20 siegħa. Huwa kien arrestat b’rabta ma’ investigazzjoni dwar ħasil ta’ flus.

Schembri se jkun qed ikompli jiġi mistoqsi mill-Pulizija b’rabta ma’ din l-investigazzjoni.

Huwa kien ġie arrestat fis-sigħat bikrin tat-Tlieta fid-dar tiegħu fil-Mellieħa, sigħat wara li l-Qorti ħarġet ordni biex jiġu ffriżati l-assi kollha tiegħu, u tal-qraba immedjati tiegħu fost oħrajn. 

L-inkjesta b’rabta mal-allegazzjonijiet ta’ ħasil ta’ flus ġiet konkluża aktar kmieni dan ix-xahar, bir-rapport tal-inkjesta ma jiġix ippubblikat.

Share With: