Kevin De Bruyne jirbaħ l-unur tal-Professional Footballers’ Association (PFA) Player tas-Sena

Kevin De Bruyne rebaħ l-unur tal-Professional Footballers’ Association (PFA) Player tas-Sena, waqt li l-player ta’ Chelsea Bethany England rebħet l-unur tan-nisa.

Il-midfielder Belġjan għeleb lill-erba’ players taċ-champions Liverpool Sadio Mane, Virgil van Dijk, Jordan Henderson u Trent Alexander-Arnold biex sar l-ewwel player ta’ Manchester City li qatt rebaħ dan l-unur.

Madankollu, Alexander-Arnold rebaħ l-unur tal-PFA Player Zagħżugħ tas-Sena, meta għeleb lill-players żgħażagħ Ingliżi fosthom Tammy Abraham, Mason Greenwood, Mason Mount, Marcus Rashford u Bukayo Saka.

Manchester City temmew il-Kampjonat Premier b’distakk ta’ 18-il punt minn ma’ Liverpool, iżda De Bruyne li skorja 13-il goal u wettaq 20 assist ġie vvutat bħala l-aqwa player mill-players sħabu stess u kien pront irringrazzja lill-manager Pep Guardiola wara r-rebħ ta’ dan l-unur.

“Bosta drabi huwa jħallini nkun jien. Nitkellmu ħafna rigward it-team iżda f’ħafna sensi huwa jaf meta jagħti l-ordnijiet ta’ dak li t-team ikun irid jagħmel u li jien inkun irrid nisma’”

“Iżda mbagħad fuq in-naħa l-oħra huwa jagħtini hafna libertá; ma nafx għaliex, dik hi r-relazzjoni ta’ bejnetna.”

“Huwa jaf li jien dejjem se npoġġi lit-team l-ewwel u qabel kollox u mbagħad ovvjament jekk jien irrid ngħin lili nnifsi jien se nkun qed nagħmel hekk.”

“Iżda huwa jaf li jien irrid lit-team jirbaħ, u jekk it-team jirbaħ, jien se niggwadanja minn dan. U għalhekk nemmen li f’dak is-sens huwa jħossu tajjeb u jafdani kompletament.”

Min-naħa l-oħra Alexander Arnold kellu sehem fi 12-il clean sheet fit-trijonf tal-kampjonat minn Liverpool, waqt li wettaq 13-il assist u skorja erba’ goals, fejn kompla jiżviluppa l-logħba ħolistika tiegħu.

Share With: