Kritika kbira lejn West Ham fuq il-bejgħ ta’ Grady Diagana

Qed issir kritika diretta lejn it-tmexxija ta’ West Ham United li biegħu lill-midfielder Ingliż, Grady Diangana, lil West Bromwich Albion. Huwa ftiehem il-kundizzjonijiet kollha fil-kuntratt biex ingħaqad magħhom għas-somma ta’ £12-il miljun.

Diversi partitarji tal-Hammers marru fuq il-midja soċjali biex ikkritikaw lit-tmexxija tal-club li minflok tipprova ssaħħaħ l-iskwadra,  qed tbiegħ l-aqwa elementi tagħha. Hemm min kien tal-fehma li dan il-club jinsab fi kriżi finanzjarja u l-bejgħ ta’ Diangana jixhed dan kollu.

Anke l-coach David Moyes ftit deher kuntent b’din il-mossa. It-team evita r-relegazzjoni għaċ-Championship fl-aħħar ġranet tal-istaġun li għadda u s’issa ftit jidher li qed jiċċaqlaq biex jakkwista players matul dan is-suq tat-trasferimenti tas-sajf. 

Share With: