Kumpanija Maltija “tkeċċi” lil Donald Trump minn fuq il-pjattaforma tagħha

Hotjar, kumpanija Maltija fil-qasam tal-informatika li tanalizza l-informazzjoni ta’ websajts, neħħiet lill-President Amerikan Donald Trump minn fuq il-pjattaforma tagħha.

Il-Kap Uffiċjal Eżekuttiv u l-fundatur tal-kumpanija David Darmanin qal li l-kumpanija ma riditx tkompli trewwaħ ir-retorika razzista u ta’ mibegħda ta’ Trump.

Darmanin anke qal li l-kumpanija se tkun qed tagħti donazzjoni ta’ €50,000 biex tgħin fil-ġlieda kontra r-razziżmu u l-inġustizzja.

Jidher li l-kampanja elettorali ta’ Trump kienet qed tagħmel użu mill-pjattaforma ta’ Hotjar f’ħanut onlajn.

F’kumment fuq blog tal-kumpanija Darmanin qal li l-kumpanija hija kurija bil-valuri tad-diversità u inklussività.

Share With: