Kylian Mbappe fl-aħħar sena ma’ Paris SG?

L-attakkant internazzjonali Franċiż, Kylian Mbappe,  ikkomunika mad-diriġenti ta’ Paris St Germain li dan l-istaġun se jkun l-aħħar wieħed li se jkun qed jilbes il-flokk blu tal-klabb.

Mbappe, li llum  għandu 21 sena, jixtieq jibda avventura ma’ club ieħor. B’hekk huwa se jkun ilu mal-club mill-belt kapitali Franċiża erba’ staġuni. S’issa l-player stilla u attakkant żagħżugħ lagħab 49 partita u skorja 51 goal.

Kien hemm diversi clubs li diġá esprimew ix-xewqa li jiksbu l-firma ta’ dan l-iskorer prolifik. Fost dawn hemm Real Madrid, Liverpool, Manchester United u Manchester City.

Share With: