L-aġenzija marittima tan-Nazzjonijiet Uniti mħeġġa tintervjeni fis-sitwazzjoni tal-immigranti abbord il-Maersk Etienne

Il-Kamra Internazzjonali Marittima (ICS) talbet lill-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima (IMO) biex tintervjeni b’mod urġenti fir-rigward tas-sitwazzjoni tal-Maersk Etienne, li ilu aktar minn xahar ’il barra mill-ibħra territorjali Maltin b’27 immigrant salvati abbord.

L-ICS f’ittra lill-IMO qalet li din tal-aħħar għandha tibgħat messaġġ ċar biex tassigura li inċidenti marittimi ta’ tiftix u salvataġġ jiġu solvuti skont l-obbligi tal-liġi internazzjonali.

Il-liġi internazzjonali u konvenzjonijiet marittimi jpoġġu obbligi ċari fuq vapuri u pajjiżi biex jassiguraw li persuni f’periklu jiġu salvati u jiddaħħlu f’post sigur.

Share With: