L-anzjani negattivi għall-Covid-19 f’Residenza San Ġużepp se jinħarġu mid-dar tal-anzjani

Dawk ir-residenti ta’ Residenza San Ġużepp fil-Fgura li rriżultaw negattiv għall-Covid-19 se jkunu qed jittieħdu f’żewġ residenzi separati. Dan kien ikkonfermat f’kummenti li l-awtoritajiet tas-saħħa taw lil Times of Malta.

Id-dar tal-anzjani spiċċat biex tiġbed l-attenzjoni wara numru sostanzjali ta’ każi pożittivi għall-coronavirus li kienu kkonfermati fost ir-residenti u l-impjegati. Fil-fatt nhar l-Erbgħa li għadda kelliemi għar-Residenza qal li 113 fost 278 resident kienu rriżultaw pożittivi għall-virus. Ma’ dawn kien hemm 29 impjegat li wkoll irriżultaw pożittivi, b’50 oħrajn jinżammu fi kwarantina.

Share With: