L-awtoritajiet tas-saħħa jiċħdu li mietet persuna oħra bil-Covid-19

L-awtoritajiet tas-saħħa ċaħdu xnigħat li kien miet il-15-il persuna kaġun tal-Covid-19 f’pajjiżna. Fl-istess waqt qalu li ċ-ċifri ppubblikati mill-Ministeru għas-Saħħa huma preċiżi.

Ix-xnigħat bdew jiċċirkolaw aktar kmieni llum u żdiedu wara li statistika tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa kienet turi li Malta rreġistrat 15-il mewt s’issa kaġun tal-Covid-19.

Intant illum kien hemm 63 persuna li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19, filwaqt li kien hemm 31 persuna oħra li kienu reġistrati bħala li rkupraw mill-virus.

Share With: