L-awtoritajiet torok jarrestaw lil figura prominenti tal-ISIS fit-Turkija

L-awtoritajiet Torok arrestaw lil wieħed mill-ogħla figuri tal-Istat Iżlaiku fit-Turkija. Dan tħabbar mill-Ministru għall-Intern Tork Suleyman Soylu fi tweet aktar kmieni llum.

Mahmut O., li huwa magħruf bħala “emir” tal-grupp militanti kien arrestat bl-użu ta’ informazzjoni li nkisbet mill-awtoritajiet Torok f’rejd matul il-ġimgħa li għaddiet.

Soylu qal li l-pulizija rnexxielhom jaqbdu “pjani importanti” waqt l-arrest, fosthom pjani biex jiġu maħtufin politiċi Torok u jitwettqu attakki fuq negozji.

F’rapport ippubblikat ix-xahar li għadda, il-Kmand Konġunt bejn l-Istati Uniti u l-Ewropea fit-Turkija qalet li t-Turkija għadha “hub” importanti għall-grupp militanti, b’mod partikolari għal trasferimenti ta’ flus.Madankollu r-rapport irrikonoxxa li l-qawwiet tas-sigurtà Torok żiedu l-attivitajiet tagħhom kontra l-ISIS fit-Turkija filwaqt li saħħew il-preżenza mal-fruntiera mas-Sirja u l-Iraq.

Share With: