L-Ażja bl-ewwel riċessjoni reġjonali f’60 sena

Il-Bank Ażjatiku għall-Iżvilupp (ADB) qal li l-pandemija tal-Covid-19 tefgħet lill-ekonomiji fir-reġjun f’riċessjoni. Din hija l-ewwel darba f’60 sena li r-reġjun Ażjatiku meqjus bħala li għadu “qed jiżviluppa” – deżinjazzjoni li tinkludi 45 pajjiż – rat tnaqqis ekonomiku.

L-ADB qal li l-ekonomija Ażjatika se tkun qed tonqos b’0.7% fl-2020.

Madankollu r-reġjun mistenni li jesperjenza tkabbir ekonomiku b’saħħtu ta’ 6.8% s-sena li ġejja.

Il-kap ekonomista tal-Bank, Yusuyuki Sawada, qal li “l-biċċa l-kbira tal-ekonomiji fl-Ażja u r-reġjun Paċifiku se jkunu qed isibuha diffiċli biex jaraw tkabbir ekonomiku matul il-bqija tal-2020.

In-Nofsinhar tal-Azja mistennija li tkun l-aktar waħda affettwata, bl-Indja mistennija li tirreġistra tnaqqis ekonomiku ta’ 9%, u biċ-Ċina tnaqqis ta’ 1.8%.

Share With: