L-Indja b’86,000 każ ġdid ta’ Covid-19

L-Indja rreġistrat 86,052 każ ġdid ta’ coronavirus u 1,141 mewt relatata mal-virus matul dawn l-aħħar 24 siegħa. Dan joħroġ minn statistika uffiċjali li kienet ippubblikata aktar kmieni llum.

In-numru ta’ persuni li ġew infettati mill-coronavirus fl-Indja issa qabeż il-5.8 miljun persuna, bin-numru ta’ mwiet jitla’ għal 92,290.

l-Indja għandha t-tieni l-ogħla rata ta’ każi ta’ Covid-19 fid-dinja wara l-Istati Uniti.

Matul il-jum tal-bieraħ l-Indja rreġistrat ukoll rekord ta’ testijiet li wettqet, bin-numru ta’ kampjuni miġburin jammonta għal 1.5 miljun test.

Share With: