L-Indja taqbeż lill-Brażil biex saret it-tieni l-aktar pajjiż b’infezzjonijiet ta’ coronavirus fid-dinja wara l-Istati Uniti

L-infezzjonijiet tal-coronavirus fl-Infja qabżu l-4.2 miljun każ illum. Dan ifisser li l-Indja qabżet lill-Brażil biex saret it-tieni pajjiż bl-ogħla numru ta’ każi fid-dinja.

B’4,204,613-il infezzjoni, l-Indja issa għandha kważi 70,000 każ aktar mill-Brażil. Intant illum l-Indja rreġistrat numru rekord ta’ każijiet – 90,802 – u qed tirreġistra wkoll l-ogħla żieda fil-każijiet. L-Istati Uniti b’aktar minn sitt miljun każ ta’ infezzjonijiet reġistrati mill-bidu tal-pandemija għadha l-aktar pajjiż milqut mill-coronavirus.

B’paragun man-numru ta’ każi reġistrati, in-numru ta’ mwiet fl-Indja baqa’ relattivament baxx, madankollu matul l-aħħar ħamest ijiem kienu reġistrati aktar minn 1,000 vittma kuljum.

Share With: