Leicester interessati f’Timothy Castagne

Leicester City huma ferm viċin li jiksbu l-firma tad-difensur lemini ta’ Atalanta, Timothy Castagne. Huwa għandu 24 sena u ilu mal-Bergamaschi sa mis-sena 2017 fejn lagħab 75 partita u skorja ħames goals.

Castagne kien strumentali biex it-team minn Bergamo kisbu posthom fil-UEFA Champions League kif ukoll avvanzaw f’din il-kompetizzjoni matul l-istaġun li għadu kif intemm.

Il-coach ta’ Leicester City, Brendan Rodgers, xtaq personalment lil dan il-player … li jarah bħala prominenti fid-dipartiment difensiv u jinsab kuntent li se jkun qed jilgħab fil-King Power Stadium.

Castagne lagħab ukoll ma’ Genk bejn l-2013 u l-2017.

Atalanta diġá sabu sostitut tiegħu meta se jieħdu lil Rick Karsdorp b’self mingħand Roma.

Share With: