L-eks-kummissarju Lawrence Cutajar ikompli jagħti x-xhieda tiegħu

L-eks-kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar illum mistenni li jkompli jagħti x-xhieda tiegħu fl-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

L-inkjesta hija mmexxija mill-Imħallef Emeritus Michael Mallia, l-eks-Prim Imħallef Joseph Said Pullicino u l-Imħallef Abigail Lofaro.

Agħmel refresh tal-artiklu biex tara l-aħħar aġġornamenti

11.27: Cutajar itemm ix-xhieda tiegħu.

11.26: Azzopardi jgħid li kien ixxukkjat bit-tweġiba ta’ Cutajar li Valletta kien tkellem mal-Avukat Ġenerali dakinhar li kien reġistrat moviment fil-Bank Pilatus tard filgħaxija. Jistaqsih jekk kienx hemm komunikazzjoni bejnu u l-Avukat Ġenerali dwar dak li kien seħħ. Cutajar jgħid li ma jiftakarx. Jgid li jaf iżda li dak il-lejl stess kienet infetħet inkjesta. Jgħid li dak il-lejl il-Pulizija kienet baqgħet għassa barra l-binja tal-bank, u l-għada filgħodu kienu daħlu fil-binja.

11.22: Azzopardi jaqra Press Release dwar Keith Schembri u Konrad Mizzi dwar ħasil ta’ flus (PR 115/17) li kienet datata it-2 ta’ Marzu 2017. jistaqsih għaliex ma għadhiex tidher fuq il-websajt. Cutajar jgħid li ma jafx. Azzopardi jistaqsih x’wasslu biex jgħid li ma kienx hemm bażi għal investigazzjoni. Cutajar jgħid li kien iddeċieda dwar dan wara li kien tkellem mal-investigaturi. Jgħid li aktarx ir-rapporti tal-FIAU kienu għadhom ma waslux.

11.20: Azzopardi jżid jgħid li Caruana Galizia f’April kienet qalet li Keith Schembri kien qed jaċċetta flus li kienu ġejjin minn bejgħ ta’ passaporti. Jgħid li rapport tat-Times of Malta kien jgħid li l-Kummissarju u l-Avukat Ġenerali kienu informati bi trasferimenti bankarji suspettużi u suspetti ta’ ħasil ta’ flus. Cutajar jiċħad li qatt irċieva din l-informazzjoni. 

11.17: Jiġi mistoqsi dwar ir-rakkomandazzjonijet li kienu saru minn maġistrat li kien investiga l-każ Egrant biex jittieħdu passi kontra Karl Cini għal sperġur. Azzopardi jistaqsi lil Cutajar dwar jekk Ian Abdilla kienx qatt informah li kien qed jagħmel progress dwar Karl Cini. Cutajar iwieġeb li le. 

11.11: Cutajar jgħid li ma kienx mitlub.

11.10: Azzopardi jgħid li l-unika konferenza tal-aħbarijiet li huwa kien għamel dwar dan il-każ kienet fid-19 ta’ Ottubru, flimkien ma’ Valletta. Sussegwentement kull aħbar bdiet intħareġ mill-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien. Azzopardi jgħid li kien il-Prim Ministru li kien indirizza lill-midja dwar l-arrest ta’ Yorgen Fenech fejn kien qal li l-investigazzjonijiet se jkunu qed jiġu konklużi fi żmien ftit ġimgħat. Żied jgħid li Muscat kien anke ta briefing dwar dak li Melvin Theuma kien qal fl-interrogazzjonijiet tiegħu. Jistaqsi lil Cutajar jekk kienx ingħata spjegazzjoni dwar dan.

11.05: Cutajar jgħid li qatt ma fehem kif Calleja kien wasal għal din il-konklużjoni. Azzopardi jistaqsih jekk kienx għaddilu minn moħħu li s-sors tax-xniegħat kienu ġejjin minn Kastilja. Cutajar jgħid li le. Jinsisti li l-investigazzjoni kienet ibbażata fuq evidenza forensika.

11.04: Azzopardi jgħid li l-jum wara d-delitt, diversi rapporti kienu jgħidu li l-bomba kienet ġiet identifikata bħala Semtex. Jgħid li Maurice Callega kien qal li kien jinsab konvint li din kienet inħadmet Malta. Jgħid li kienet hemm sforz kordinat biex immedjatament wara l-qtil ta’ Caruana Galizia, jiġu msemmijin is-Semtex u l-kuntrabandu tal-fjuwil.

10.58: Azzopardi jgħid li l-kuntistabbli Ramon Mifsud, illum irtirat, u li kien fuq ix-xena tad-delitt kien għamel kummenti fuq il-midja soċjali fejn esprima l-ferħ tiegħu għal li kien ġara. Azzopardi jgħid li Cutajar kien qal li Mifsud kien taħt investigazzjoni. Sena wara huwa kien għadu kuntistabbli fil-Korp. Cutajar jgħid li kienu ttieħdu miżuri dixxiplinarji. Jgħid li Mifsud kien ġie sospiż immedjatament. Jgħid li għal kull seduta tal-bord ta’ inkjestas li kien ġie maħtur, Mifsud kien jippreżenta ċertifikati mediċi. Iżid jgħid li l-paga tiegħu tnaqqset bin-nofs minħabba t-tul tal-proċeduri. Cutajar jgħid li sakemm huwa kien telaq mill-Korp, din is-sitwazzjoni kienet għadha l-istess.

10.58: Azzopardi jgħid li l-kuntistabbli Ramon Mifsud, illum irtirat, u li kien fuq ix-xena tad-delitt kien għamel kummenti fuq il-midja soċjali fejn esprima l-ferħ tiegħu għal li kien ġara. Azzopardi jgħid li Cutajar kien qal li Mifsud kien taħt investigazzjoni. Sena wara huwa kien għadu kuntistabbli fil-Korp.

10.55: L-avukat Jason Azzopardi jgħid li dakinhar tat-traġedja ritratti, uħud minnhom makabri, bdew jiċċirkolaw fuq il-midja soċjali. Jistaqsi lil Cutajar jekk inġibditlux l-attenzjoni dwar dan. Cutajar jgħid li iva, anke lill-maġistrat. Jgħid li ma kienu ttieħdu passi kontra l-ebda persuna minħabba li ma kien ġie identifikat ħadd.

10.53: Cutajar jgħid li ma jfissirx li għax ma jkunx hemm arresti ma jkun qed isir xejn min-naħa tal-Pulizija. Mallia jgħid li minkejja dan l-Pulizija pprovat tkellem lil Fenech iżda mhux lil Brian Tonna, u Karl Cini fost oħrajn.

10.46: Cutajar jgħid li iva. Jgħid li l-informazzjoni tas-Servizzi Sigrieti ma kinitx tingħadda lilu iżda kienet tingħadda lill-investigatur partikolari. Jgħid li huwa għalhekk li l-kummissarju għandu diviżjonijiet speċjalizzati. Cutajar jiddefendi r-rekord tiegħu bħala kummissarju tal-Pulizija billi jagħmel referenza għal qbid rekord ta’ droga taħt it-tmexxija tiegħu.

10.42: Il-bord tinnota li l-aħħar bomba f’karozza f’Malta kienet dik li qatlet lil Caruana Galizia. Cutajar jgħid li bombi f’karozza kienu seħħew taħt kummissarji tal-pulizija differenti, iżda kien meta kien hu kummissaru li l-każ ġie solvut. Said Pullicino jistaqsih jekk il-persuni arrestati kinux magħrufin mal-Pulizija.

10.41: Cutajar jgħid li huwa jafda lil Valletta skont ir-riżultati li kien jikseb. Jgħid li Abdilla kien jagħti briefings plawżibbli.

10.36: Comodini Cachia tgħid li l-Bank Pilatus kien talab lill-Pulizija biex tinvestiga ħruġ ta’ informazzjoni mill-bank lil Daphne Caruana Galizia u lil midja oħra. Tistaqsih jekk kienx mgħarraf dwar dan. Cutajar jgħid li le. Comodini Cachia jgħid li l-bank kien ħareġ Press Release dwar dan il-ħruġ ta’ informazzjoni u tistaqsih jekk kienx raha. Cutajar jgħid li ma jiftakarx. Tistaqsih jekk issa li huwa konxju minn dawn l-affarijiet għadux jafda lil Valletta u lil Abdilla.

10.35: Mallia jisħaq li l-pulizija kelli l-evidena fil-forma tas-servers.

10.32: L-Imħallef Mallia jgħid li neta blog jagħti ċerta informazzjoni li ma tkunx tista’ tinkiseb ħlief minn bank, allura dan jammonta għal evidenza ċirkomstanzjali. Jgħid li madankollu Cutajar ma tax importanza lil dan. Cutajar jgħid lil Mallia li t-teorija li l-pulizija tibgħat għall-persuni biex jiġu mitkellma u wara tipprova tiġbor l-evidenza ma tagħmilx sens. Jgħid li l-Pulizija tkun teħtieġ l-evidenza f’idha f’każ li l-persuna inkwistjoni ma tikkoperax.

10.30: Cutajar jiġi mistoqsi għaliex ma għamilx kuntatt ma’ Daphne Caruana Galizia dwar dak li kienet qed tikteb dwar li kien qed jiġri fil-Bank Pilatus. Iwieġeb li mir-riċerka tiegħu li tmur lura sal-1999 qatt ma kien hemm investigazzjoni li żvoġiet fuq is-saħħa ta’ blog. Jinsisti li l-Pulizija għamlu dak kollu fil-poter tagħhom.

10.27: Cutajar jirringrazzja lill-bord talli tagħtu ċ-ċans biex jitkellem dwar Egrant. Jgħid li kien f’ikla flimkien ma’ uffiċjali tal-Pulizija oħrajn meta rċieva informazzjoni li sid il-Bank Pilatus kien żar il-binja tal-bank f’Ta’ Xbiex. Jgħid li hekk kif irċieva din l-informazzjoni ċempel lil Valletta biex jara kif jistgħu jipproċedu. Jgħid li Valletta kien informah li kellu telefonata ma’ Peter Grech, l-Avukat Ġenerali. Jgħid li l-parir li kien ingħata kien li ma kienx hemm biżżejjed evidenza biex isir rejd fuq il-bank. Jgħid li kien sejjer lura d-dar meta rċieva telefonata mingħand Kurt Farrugia fejn kie informah li l-avukati Pawlu Lia u Edward Gatt kienu sejrin l-uffiċċju tiegħu biex jiftħu rapport kriminali mill-Prim Ministru. Jgħid li kien mar ukoll Ian Abdilla u kienu għamlu r-rapport mal-Maġistrat tal-Għassa Aaron Bugeja.

10.22: Cutajar jgħid li l-pariri tal-Avukat Ġenerali kienu dwar il-każ tal-Panama Papers u mhux 17 Black. Fl-istess waqt jgħid li ma jeskludix li l-pulizija talbet parir dwar 17 Black.

10.17: Mallia jgħid li t-tħassib tal-bord huwa l-fatt li Cutajar irċieva r-rapport tal-FIAU u dokumenti li jinsabu fid-dominju pubbliku u l-unika persuna li huwa seta’ jkollu progress miegħu, baqa’ ma sejjaħlux biex jiġi mitkellem. Cutajar jgħid li din mhix evidenza u jeħtieġ li wieħed ikollu evidenza biex jiġu mitkellmin nies mill-pulizija.

10.14: Cutajar jgħid li Victoria Buttigieg mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali kienet tagħtu l-parir biex iżomm lil Valletta parti mill-investigazzjoni minkejja kunflitt ta’ interess. Comodini Cachia tistaqsi jekk kienx sejjaħ lil Keith Schembri d-Depot biex jispjega l-involviment tiegħu f’17 Black. Cutajar jgħid li ma kienx sejjaħlu għax l-investigazzjoni kienet għadha qed tiġbor l-evidenza.

10.12: Comodini Cachia tistaqsih min solva l-każ, jekk kienx Valletta jew inkella l-FBI.

10.11: L-Imħallef Said Pullicino jgħid li huwa evidenti li wieħed mill-investigaturi ta’ cutajar ma kienx qed jagħmel xogħlu. Cutajar ma jaqbilx ma’ dan u jgħid li wara ftit taż-żmien il-qtil kien solvut u tressqu l-Qorti l-persuni suspettati.

10.06: Cutajar ikkonferma dak li qal Ian Abdilla fix-xhieda tiegħu, li kellu jiltaqa’ ma’ Yorgen Fenech f’Portomaso iżda mbagħad irċieva telefonata mingħand Silvio Valletta li informah li l-laqgħa tħassret. Jgħid li Valletta kien qal li Fenech kien ma jiflaħx. Comodini Cachia tistaqsih jekk kienx impona lilu nnifsu mistoqsija dwar kif Valletta kien jaf dan. Cutajar jgħid li ma kienx staqsa kif Valletta kien jaf li Fenech kien ma jiflaħx.

10.05: Jgħid li żewġ spetturi, Ray Aquilina u Antonovic Muscat, kienu qed jinvestigaw u kienu għamlu kuntatt ma’ banek fl-Olanda, l-Iżvizzera, il-Montenegro, iċ-Ċina u l-emirati Għarab. Cutajar jiġi mistoqsi jekk Yorgen Fenech kienx mitkellem mill-Pulizija. F’Novembru tal-2018 l-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters kienet semmiet lil Fenech bħala s-sid tal-kumpanija 17 Black.

10.00: Cutajar iwieġeb li dwar il-każ 17 Black il-Pulizija irċeviet l-informazzjoni fis-27 ta’ Marzu 2018. L-informazzjoni twasslet direttament minn Ian Abdilla u l-każ beda jiġi investigat mill-ewwel.

09.59: Cutajar jgħid li dan jista’ jippreġudika l-każ. Said Pullicino jgħid li l-istess japplika għall-każ ta’ 17 Black.

09.56: Jiġi mistoqsi mill-Imħallef Lofaro għaliex il-Pulizija ma marritx għas-servers ta’ Nexia BT. Cutajar iwieġeb li x-xhieda qed tinaħabar. Said Pullicino jistaqsi lil Cutajar għaliex ma ġewx mistoqsijin Karl Cini u Brian Tonna ta’ Nexia BT.

09.54: L-Avukat Therese Comodini Cachia tistaqsi lil Cutajar jekk kienx hemm aktar dokumentazzjoni fl-investigazzjoni apparti dawk bankarji. Cutajar jinsisti li x-xhieda kienet għadha qed tinabar u li l-pulizija kienet qed tistenna d-dokumentazzjoni mill-banek.

09.52: Jgħid li qatt ma ddiskuta l-każ tal-Panama Papers li jikkonċerna lil Konrad Mizzi, Keith Schembri u Egrant mal-eks-Prim ministru Joseph Muscat.

09.52: Cutajar jgħid li l-investiaturi kienu talbu l-parir tal-Avukat Ġenerali u kienu qed jistennew aktar informazzjoni minn barra.

09.49: Lawrence Cutajar jiġi mistoqsi dwar il-fajl “Operation Green”. Dan huwa l-fajl tal-pulizija dwar l-involviment tal-eks-Ministru Konrad Mizzi fil-Panama Papers. Cutajar jgħid li hekk kif inħatar kummissarju kien staqsa lill-kes-deputat kummissarju Silvio Valletta u lill-kap tat-Taqsima tar-Reati ekonomiċi ian Abdilla għal aġġornament.

Share With: