Liverpool jilħqu ftehim biex jiffirmaw lil Thiago Alcantara

Iċ-champions Ingliżi Liverpool laħqu ftehim ma’ Bayern Munich għall-akkwist tal-player ta’ nofs il-ground Thiago Alcantara. 

Il-ftehim jgħid li Liverpool iridu jħallsu s-somma ta’ madwar €25 miljun lill-club mill-Bavarja sabiex ikun jista’ jseħħ it-trasferiment. 

Il-midfielder Spanjol ilu jiġi segwit mill-coach Jurgen Klopp u sakemm ma jkunx hemm kumplikazzjonijiet, hu se jkun qed jilbes il-flokk aħmar tat-team.  

Thiago kien strumentali fit-Treble li rebħu Bayern Munich matul l-istaġun li għadda u qed jitqies bħala pedina importanti għat-team li jilgħab f’Anfield Road.  

Share With: