Liverpool se jistennew sa Ottubru biex jagħmlu offerta għal Thiago Alcantara

Liverpool se jistennew sa Ottubru li ġej biex jiffinalizzaw l-iffirmar ta’ Thiago Alcantara mingħand Bayern Munich. Ir-Reds ma kinux lesti li jħallsu s-somma ta’ £27 miljun mitluba mill-Bavarjani għall-akkwist tiegħu.

U issa qed jiġi rrapurtat li Liverpool jinsabu lesti li jistennew sal-aħħar ġimgħa tas-suq tat-trasferimenti, biex jagħmlu l-aqwa mossa possibbli.

Il-kuntratt ta’ Thiago jiskadi fl-2021 u Bayern ma jridux jitilfu s-servizzi tiegħu matul is-sena d-dieħla għal somma żgħira.

Barcelona wkoll issemmew li kienu interessati f’dan il-player ta’ 29 sena iżda issa jidher li Liverpool hija d-destinazzjoni l-aktar probabbli ta’ dan il-player. Dan hekk kif il-manager tar-Reds Jurgen Klopp huwa ammiratur kbir ta’ dan il-player għalkemm iċ-champions Ingliżi jridu joqgħodu attenti ta’ kemm jonfqu biex possibilment jiksbu s-servzzi tiegħu.

Il-pandemija tal-Covid-19 ħalliet lil Liverpool iktar konxji ta’ kemm se jonfqu fir-rigward ta’ trasferimenti u bħalissa jidhru kuntenti li jutilizzaw players żgħażagħ mill-akkademja tagħhom.

Iżda Thiago jkun qed iżid il-kalibru fil-midfield tar-Reds, u Gergonio Wijnaldum ikun għadu jista’ jagħmel impatt fuq il-futur tal-player Spanjol.

Jekk Liverpool iħallu lill-Olandiż Wijnaldun jitlaqhom, imbagħad huma probabilment ikunu qed jagħmlu offerta mmedjata għal Thiago.

Wijnaldun qed jiġbed l-interess tal-ex coach tal-Olanda, Ronald Koemen, li preżentament huwa l-coach ta’ Barcelona. Dan il-player fadallu sena kuntratt mar-Reds u l-futur tiegħu f’Merseyside għadu wieħed inċert.

Share With: