Lucas Paqueta viċin Lyon

Olympique Lyon huma ferm viċin li jiksbu s-servizzi tal-player ta’ nofs il-ground ta’ AC Milan, Lucas Paqueta. Il-Brażiljan ta’ 23 sena ftit li xejn spikka kull meta lagħab għar-Rossoneri tant li skorja  goal wieħed biss u wettaq tliet assists f’44 logħba kompetittiva.

L-għan tar-Rossoneri huwa li jbiegħu lil dan il-player biex ikunu jistgħu jinkludu xi objettiv ieħor f’dan is-suq tat-trasferimenti tas-sajf.

Għall-bidu Fiorentina kienu wkoll imsemmija li jistgħu jakkwistaw is-servizzi tal-midfielder Sudamerikan iżda wara l-akkwist ta’ Giacomo Bonaventura, dan l-interess spiċċa għal kollox.

Lyon qed jimmiraw li jsaħħu l-iskwadra tagħhom għall-istaġun li ġej bil-coach, Rudi Garcia, jemmen li l-karriera ta’ Paqueta terġa’ tieħu l-ħajja jekk jingħaqad magħhom.

Share With: