Lyon imsemmija għal Lucas Paqueta

Wara li l-coach ta’ Milan Stefano Pioli naqas milli jgħajjat lill-player ta’ nofs il-ground Brażiljan, Lucas Paqueta, għal-logħba li kellhom  mill-UEFA Europa League kontra Shamrock Rovers, jidher ċar li l-futur ta’ dan il-player jinsab ferm ‘il bogħod minn Milanello.

Il-player Brażiljan qed jissemma’ b’insistenza li jista’ jingħaqad ma’ Olympique Lyon. Dawn tal-aħħar iridu jissodisfaw it-talba ta’ €23 miljun li r-Rossoneri qed jitolbu għalih.

Sadanittant bħalissa Lyon qed jaħsbu sabiex ineħħu wieħed mill-players li għandhom bejn Aouar u Rene Adelaide biex ikunu jistgħu jmorru għal Paqueta. Dan tal-aħħar ftit impressjona fiż-żmien li ilu ma’ Milan u huwa għalhekk li d-diriġenti tal-club qed jippjanaw biex ineħħuh.

Share With: