“Ma kienx jistħoqqlok tmut waħdek qalb l-istranġier… kellek tmut imdawwar bina li nħobbuk”

Il-ġenituri Rose u Donald, li ġew imċaħħda milli jidħlu fejn binhom fl-aħħar jiem tiegħu

Minn Victor Vella

“Din għalik ibni. Iġġilidna sal-aħħar biex inkunu miegħek. It-tbatija li għaddejna minnha u li għadna qed inbatu minnha għax ġejna imċaħħdin milli nkunu miegħu fl-aħħar jiem u sigħat ta’ ħajtek, hi kbira.  Ma kinx jistħoqqlok tmut qalb l-istranġieri. Inti kellek tkun imdawwar b’dawk li jħobbuk. Kellek tkun imdawwar bina u bid-dmugħ tagħna.  Daħluna l-ICU meta kien tard wisq. M’hemmx ġustifikazzjoni għal dan.  Inħobbuk Ben. Iġġilidna għalik”.

Dan l-appell imqanqal sar minn omm u misssier Ben Stylo Cassar, żagħżugħ li fl-aħħar sigħat miet fi sptar fl-Awstralja waħdu, imċaħħad mill-ġenituri. Il-ġenituri ta’ Ben li huma ta’ dixxindenza Maltija, tant li n-nanniet huma Maltin b’waħda minnhom residenti f’Malta. Il-ġenituri tiegħu qed ikomplu bil-ġlieda tagħhom u din iid-darba mhux għalihom imma biex. ħadd ma jgħaddi mill-esperjenza tagħhom. Hu qed jiġbru petizzjoni biex jinbidlu ir-regolamenti tal-ICU u b’hekk ħadd ma jgħaddi mill-esperjenza trawmatika li għaddew minnha huma. 

Ben mal-ġenituri tiegħu

Ben Stylo Cassar, żgħażugħ  ta’ 28 sena miet nhar l-Erbgħa fi sptar f’Melbourne l-Awstralja. Hu miet fit-taqsima tal-kura intensiva. Il-każ qajjem kontroversja għax  il-ġenituri tiegħu ġew mċaħħdin milli joqogħdu maġenbu fl-aħħar mumenti ta’ ħajjet binhom minħabba l-miżuri b’rabta mal-imxija tal-Covid-19.

Il-ġenituri tiegħu Rose Cassar u Donald Borg fl-aħħar jiem b’mod kontinwu appellaw lill-awtoritajiet tas-saħħa biex irattbu l-miżuri kontra l-Covid19 għal dawk il-ġenituri bħalhom li wliedhom jinsabu rikoverati f’qagħda kritika fi ħdan it-taqsima tal-kura intensiva. L-appelli tagħhom iżda ma intlaqgħux.

Ommu ddikjarat li l-aħħar darba li kienet ratu kiien  meta ddaħħal l-isptar is-Sibt ta’ qabel miet.

Ben Stylo  kellu kundizzjoni li minn madwar id-dinja huma 5 li nstabu biha. Din taffetwa l-immunità.

Tieħdu l-isptar iżda Ben jivvinta skuża biex ma jżommuhx

Waħda mill-ġlidiet ta’ din il-familja mal-awtorità tal-isptar f’Melbourne kienet dik li sa issa ir-regoli ma jagħtux l-opportunità li pazjenti bħal ma kien Ben u oħrajn bħalu, ikollhom ‘carer’ l-ħin kollu magħhom.  

Ben kien konxju ħafna ta’ dan il-fatt. Tant li riċentament meta ttieħed l-isptar, hu vvinta skuża biex jibagħtuh id-dar. 

Filfatt lejn l-aħħar ta’ Awwissu hu kienet ittieħed l-isptar ma kienx qed jieħu nifs tajjeb.  Meta ommu bdiet tispjega x’kienet qed tara ħażin fin-nifs, Ben ikun pront jgħidilhom li kien minħabba l-maskra li ma kienx qed jieħu nifs sew. Minħabba dan intbagħat lura lejn id-dar. Biss meta waslu, Ben qal lil ommu li mhux minnu li kien qed ibati biex jieħu nifs minħabba l-maskra. Hu kien qed jibża li jiddaħħal l-isptar u jkun waħdu bla ‘carer’. 

Share With: