“Ma stajtx nemmen dalgħodu… Tibqa’ magħna fi ħsibijietna u talbna Marju”… Is-Sindku ta’ Ħaż-Żebbuġ isellem lil Marju l-Bieżel

“Ma stajtx nemmen dalgħodu… Tibqa’ magħna fi ħsibijietna u talbna Marju.” Kien b’dan il-messaġġ imnikket li s-Sindku ta’ Ħaż-Żebbuġ, it-Tabib Malcolm Paul Galea, ta t-tislima tiegħu lil Mario Vella, magħruf aħjar maż-Żebbuġin bħala “Marju l-Bieżel”.

Fil-kumment tiegħu fuq il-midja soċjali Galea tenna li sa ftit żmien ilu, Vella kien għadu jifforma parti mill-grupp tal-ħaddiema tal-Kunsill. “Ħidma li kien ilu jagħmel għal diversi snin,” saħaq is-Sindku ta’ Ħaż-Żebbuġ.

Huwa temm billi wassal il-kondoljanzi lill-qraba kollha ta’ Vella.

Share With: