Malta bit-tieni l-inqas rata ta’ suwiċidji

Skont statistika ppubblikata mill-Eurostat ftit tal-jiem ilu, fl-2017 Malta kellha t-tieni l-inqas rata ta’ suwiċidji fost il-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea hekk kif ir-rata kienet ta’ ħames imwiet għal kull 100,000 persuna. L-inqas rata ta’ mewt b’suwiċidju kienet ġiet irreġistrata f’Ċipru fejn ġew reġistrati 4 imwiet għal kull 100,000 persuna. L-ogħla rata fost il-pajjiżi fl-Ewropa kienet ġiet irreġistrata fil-Litwanja fejn kien hemm 26 mewt b’suwiċidju għal kull 100,000 persuna. 

Wara l-Litwanja kien hemm l-iSlovenja b’20 imwiet għal kull 100,000 persuna, u l-Latvia bi 18-il mewt b’suwiċidju għal kull 100,000. Fl-2016, il-medja fl-Ewropa kienet ta’ 11-il mewt għal kull 100,000.

L-istatistika turi li fl-2016, madwar 48,700 persuna fl-Unjoni Ewropea mietet kawża ta’ self-harm intenzjonat. Kważi 8 minn 10 (77%) li jwettqu suwiċidju huma irġiel.

Share With: