Maltemp bir-ragħad, riħ u xita mbassrin għall-jiem li ġejjin

L-ewwel tmiem il-ġimgħa tal-ħarifa se tara tnaqqis sostanzjali fit-temperatura. Dan hekk kif l-Uffiċċju Metereloġiku ta’ Ħal Luqa qed ibassar il-possibbiltà ta’ maltempata bir-ragħad għal matul il-jum ta’ għada, bit-temperatura mistennija li tibqa’ madwar 30 grad Celsius.

Madankollu t-temperatura mistennija tinżel bejn il-Ġimgħa u s-Sibt, minn 31 grad Celsius għal 25 grad, b’riħ qawwi mbassar kemm għas-Sibt u kif ukoll għall-Ħadd.

Il-qawwa tar-riħ mistennija li tkun ta’ bejn forza 6 u 7 għas-Sibt, b’din ittaffi xi ftit għall-Ħadd.

It-temperatura mistennija li tibqa’ 25 grad Celsius għall-Ħadd, madankollu din mistennija li tinżel bi grad għat-Tnejn, b’din il-ġurnata mistennija li tkun ikkaratterizzata minn riħ u xita.

Share With: