Man Utd jiffirmaw lil Donny van de Beek … u se jitilqu Lingard u Pereira

Hekk kif Manchester United  akkwistaw lill-player ta’ Ajax Amsterdam Donny Van de Beek, id-diriġenti Ingliżi qed jaħsbu biex ineħħu players li l-coach, Ole Gunnar Solskjaer, jarahom bħala żejda fil-pjan tattiku tiegħu għall-istaġun li ġej.

Huwa għalhekk li r-Red Devils qed jippjanaw li jneħħu lil Jesse Lingard u Andreas Pereira li għandhom jitpoġġew fuq il-lista tat-trasferimenti u eventwalment ifittxu avventura oħra x’imkien ieħor.

Fl-istess waqt mit-trasferiment ta’ Lingard u Pereira, ir-Red Devils se jiksbu l-fondi biex jagħmlu tajjeb għal £40 miljun li huma ħallsu għall-midfielder internazzjonali Olandiż.

Share With: