Manchester City wara Jose Gimenez

Manchester City huma lesti li jkomplu jsaħħu l-iskwadra biex jerġgħu jkunu fost il-protagonisti matul dan l-istaġun li għadu kif beda. Il-coach Pep Guardiola jrid aktar sforz mill-players tiegħu wara staġun mhux daqstant pożittiv fejn ċedew ix-xettru ta’ champions lil Liverpool u fejn fil-UEFA Champions League setgħu għamlu aħjar.

Wara li ħadu lil Ferran Torres, Nathan Ake, Pablo Moreno u Scott Carson, id-diriġenti tas-City qed iħarsu lejn akkwist ta’ kwalitá u mistennija jkollhom laqgħat mar-rappreżentant tad-difensur ċentrali ta’ Atletico Madrid, Jose Gimenez. Dan tal-aħħar għandu 25 sena u hu ta’ nazzjonalitá Urugwajana. Huwa lagħab 130 logħba mal-Colchoneros u spikka ferm fid-dipartiment difensiv tal-club.

Guardiola irid lil Gimenez għax kapaċi jagħti kwalitá ġdida f’naħa tal-grawnd li matul l-istaġun li għadda batiet xi ftit.

Share With: