Manchester United jerġgħu juru interess f’Ivan Perisic

Manchester United qed jerġgħu juru interess fl-attakkant Kroat ta’ Inter Ivan Perisic. Huwa għadu ġej minn perjodu ta’ self ma’ Bayern Munich u mhuwiex fil-pjani tal-coach ta’ Inter, Antonio Conte.

Wara li ma rnexxielhomx jieħdu lil Jadon Sancho mingħand Borussia Dortmund, ir-Red Devils qed jaħsbu għal xi alternattivi oħra u Perisic jista’ jkun is-soluzzjoni. Hu wkoll jinsab ħerqan li jibda avventura ġdida fil-Premier League Ingliż, xi ħaġa li qatt m’għamilha qabel.

Perisic għandu 31 sena u ilu ma’ Inter sa mis-sena 2015 fejn lagħab 141 partita u skorja 37 goal.

Share With: