Manchester United jimmiraw għal aktar akkwisti

Manchester United huma kunfidenti li jistgħu jidħlu f’diskussjonijiet ma’ clubs oħra biex jakkwistaw aktar players u eventwalment isaħħu l-iskwadra tagħhom. Dan kollu beħsiebhom jagħmluh qabel ma jkun hemm tmiem is-suq tat-trasferimenti li minħabba dawn iċ-ċirkostanzi straordinarji li qed ngħixu fihom se jintemm fil-5 ta’ Ottubru.

S’issa r-Red Devils akkwistaw biss lil Donny Van Beek mingħand Ajax Amsterdam għas-somma ta’ €35 miljun. Huma għadhom qed jippruvaw jiksbu l-firma tal-winger internazzjonali Ingliż, Jadon Sancho, mingħand Borussia Dortmund għalkemm s’issa ma kienx hemm żvilupp f’dan ir-rigward. 

Il-coach ta’ Manchester United, Ole Gunnar Solskjaer, ħeġġeġ lid-diriġenti tiegħu biex jirsistu u jiffirmaw xi player ieħor jekk iridu jissieltu għall-ewwel erba’ postijiet tal-klassifika.

Share With: