Manchester United jistennew offerta għal Chris Smalling

Manchester United qed jistennew lil AS Roma biex jagħmlu offerta xierqa għad-difensur internazzjonali Ingliż,  Chris Smalling.

F’dawn l-aħħar tnax-il xahar, dan il-player ta’ 30 sena, kien qed jilgħab b’self mal-Giallorossi. L-avventura tiegħu rnexxiet mija fil-mija tant li l-istess Smalling jixtieq li jkun għad-dispożizzjoni tal-coach ta’ Roma, Paulo Fonseca. L-għan tiegħu huwa li jkollu trasferiment permanenti fl-Italja.

Il-player internazzjonali Ingliż jaf li jekk jerġa’ jmur jilgħab f’Old Trafford mhux se jkollu postu ċert fl-ewwel ħdax minħabba li r-Red Devils qed jirsistu għall-akkwist tad-difensur ta’ RB Leipzig, Dayot Upamecano, player li jilgħab fl-istess pożizzjoni tiegħu. 

Share With: