Manchester Utd wara Dayot Upamecano
Wara t-telfa xejn mistennija kontra Crystal Palace, id-diriġenti ta’ Manchester United qed jaħdmu qatigħ sabiex jieħdu lejn Old Trafford lid-difensur ċentrali ta’ RB Leipzig Dayot Upamecano.
Huwa għandu 21 sena u qed jitqies bħala l-player ideali sabiex isaħħaħ id-difiża tar-Red Devils li bħal donnha dehret vulnerabbli fl-ewwel konfront staġjonali kontra l-Eagles.
Id-diriġenti Ingliżi se jippruvaw jikkonvinċu lill-club Ġermaniż sabiex iċedi lill-player Franċiż li hu stmat li jiswa s-somma ta’ €45 miljun.
Min-naħa tiegħu Upamecano jidher favorevoli għal dan it-tip ta’ trasferiment għalkemm irid jara x’se jkun ir-riżultat tat-taħditiet.
Upamecano lagħab ma’ Liefering u RB Salzburg qabel ma ngħaqad ma’ Leipzig fis-sena 2017 fejn lagħab 84 partita u skorja tliet goals.